27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Lowlands Design Holding BV vs Minister van Financiën
(Kawżi magħquda C-524/11) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Xkejjer tal-irqad għat-trabi u t-tfal żgħar - Subintestaturi 6209 20 00 jew 6211 42 90)
2012/C 331/19
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lowlands Design Holding BV
Konvenut: Minister van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2007, tat-8 ta’ Ġunju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċertu merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 153, p. 3) — Xkejjer għall-irqad għat-trabi u għat-tfal
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li xkejjer tal-irqad bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jaqgħu taħt is-subintestatura 6209 20 00“ilbies u aċċessorji ta’ lbies għat-trabi, tal-qoton” jekk, minħabba d-daqs tagħhom ikunu magħmula għal tfal li ma humiex itwal minn 86 ċm. Jekk dan ma jkunx il-każ, dawn il-prodotti għandhom jaqgħu taħt is-subintestatura 6211 42 90 bħala “ilbies ieħor tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton”.
(1) ĠU C 25, 28.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy