8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Mednis SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-525/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 183 - Metodi għar-rimbors tal-eċċess tal-VAT - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipposponi r-rimbors ta’ parti mill-eċċess ta’ VAT sal-eżami tad-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tal-persuna taxxabbli - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)
2012/C 379/19
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mednis SIA
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita r-rimbors mensili tal-eċċess tal-VAT — Posponiment, sal-eżami tad-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali, tar-rimbors tal-parti ta’ VAT miġbura żejda li taqbeż it-18 % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul ix-xahar fiskali kkonċernat
Dispożittiv
L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tipposponi, mingħajr evalwazzjoni partikolari u filwaqt li tibbaża ruħha biss fuq kalkoli matematiċi, ir-rimbors ta’ parti mill-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jirriżulta matul perijodu taxxabbli ta’ xahar, sal-eżami tad-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tal-persuna taxxabbli minn din l-amministrazzjoni.
(1) ĠU C 6, 7.1.2012
Full & Egal Universal Law Academy