29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-530/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali - Kunċett ta’ ‘spiża mhux projbittiva’ ta’ proċeduri ġudizzjarji)
2014/C 93/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u L. Armati, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell, M. Holt u J. Maurici, aġenti)
Sostnut minn: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant:C. H. Vang, aġent), L-Irlanda (rappreżentant: Creedon u A. Joyce, aġenti, assistiti minn E. Barrington u G. Gilmore, barristers)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-punt 7 tal-Artikolu 3, u mal-punt 4 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 15 Vol. 7 p. 466) — Obbligu li jitneħħew jew jiġu mnaqqsa l ostakoli finanzjarji għall-aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali — Tifsira ta’ “[li] ma [jiswewx] tant li [j]kun[u] projbittiv[i]” fir-rigward ta’ proċeduri ġudizzjarji
Dispożittiv
(1)
Billi ma ttrasponiex korrettament il-punt 7 tal-Artikolu 3, u l-punt 4 tal-Artikolu 4, tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż. Ir-Renju tad-Danimarka u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 39, 11.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy