3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Codirex Expeditie BV
(Kawża C-542/11) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Merkanzija f’ħażna temporanja - Merkanzija mhux Komunitarja - Proċedura doganali tat-tranżitu Komunitarju estern - Mument tal-attribuzzjoni tat-trattament jew tal-użu approvat mid-dwana - Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali - Ħelsien tal-merkanzija - Dejn doganali)
2013/C 225/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuti: Codirex Expeditie BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Merkanzija f’ħażna temporanja tkun li ġiet iddikjarata għall-finijiet ta’ tqegħid taħt is-sistema doganali ta’ tranżitu Komunitarju estern — Mument tal-attribuzzjoni tat-trattament jew tal-użu approvat mid-dwana
Dispożittiv
L-Artikoli 50, 67 u 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-merkanzija mhux Komunitarja, li hija s-suġġett ta’ dikjarazzjoni doganali aċċettata mill-awtoritajiet doganali bil-għan tat-tqegħid taħt il-proċedura doganali tat-tranżitu Komunitarju estern u li għandha l-istatus ta’ ħażna temporanja tikseb trattament jew użu approvat mid-dwana u hija għalhekk imqiegħda taħt il-proċedura doganali mill-mument li din il-merkanzija tinħeles.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012
Full & Egal Universal Law Academy