2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Woningstichting Maasdriel vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-543/11) (1)
(Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(k), moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) u (3) - Art mhux mibnija - Art għall-bini - Kunċetti - Xogħol ta’ twaqqigħ għal skop ta’ kostruzzjoni fil-futur - Eżenzjoni mill-VAT)
2013/C 63/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Woningstichting Maasdriel
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni prelimianri — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(k), moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet previsti bid-direttiva — Trasferiment ta’ art mhux mibnija
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(k) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) u (3) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din l-ewwel dispożizzjoni ma tkoprix tranżazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, ta’ trasferiment ta’ art li ma nbnietx wara t-twaqqigħ ta’ bini li kien jinsab fuqha, anki fejn, fid-data ta’ dan it-trasferiment, xogħlijiet ta’ żvilupp tal-art minbarra l-imsemmi twaqqigħ ma kinux saru, kif jirriżulta minn evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi madwar din it-tranżazzjoni u prevalenti fid-data tat-trasferiment, inkluża l-intenzjoni tal-partijiet meta tkun sostnuta bi provi oġġettivi, li, f’din id-data, l-art inkwistjoni kienet effettivament intiża li tinbena, u li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika dan.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012
Full & Egal Universal Law Academy