18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Neuzelle eG vs Landrat des Landkreises Oder-Spree
(Kawża C-545/11) (1)
(Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 7(1) u (2) - Modulazzjoni tal-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa - Tnaqqis supplimentari tal-ammonti ta’ pagamenti diretti - Validità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2013/C 141/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrargenossenschaft Neuzelle eG
Konvenut: Landrat des Landkreises Oder-Spree
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — Validità tal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16) — Tnaqqis tal-ammonti tal-pagamenti diretti għas-snin 2009 sa 2012 li huwa ikbar minn dak previst mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
Dispożittiv
(1)
L-istħarriġ tal-ewwel domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
(2)
L-istħarriġ tat-tieni domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012
Full & Egal Universal Law Academy