23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Dansk Jurist- og Økonomforbund, li qed taġixxi għal Erik Toftgaard vs Indenrigs- og Sundhedsministeriet
(Kawża C-546/11) (1)
(Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 6(1) u (2) - Rifjut li jsir il-ħlas għad-disponibbiltà lill-uffiċjali li laħqu l-età ta’ 65 sena u li jikkwalifikaw għall-benefiċċju tal-pensjoni tal-irtirar)
2013/C 344/21
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dansk Jurist- og Økonomforbund, li qed taġixxi għal Erik Toftgaard
Konvenuta: Indenrigs- og Sundhedsministeriet
Fil-preżenza ta’: Centralorganisationernes Fællesudvalg (CFU), Kommunale Tjenestemænd og Overenskomstansatte (KTO), Personalestyrelsen, Kommunernes Landsforening (KL), Danske Regioner
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Iffissar, għall-iskemi ta’ sigurtà soċjali professjonali, ta’ limiti ta’ età għall-parteċipazzjoni jew għall-intitolament għall-benefiċċji tal-irtirar jew tal-invalidità — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, fil-każ li jitneħħa post ta’ xogħol ta’ ħaddiem, kumpens li jammonta għall-paga tiegħu matul tliet snin, jew li jammonta għal dak li kien jikseb sal-età tal-irtirar — Ħlas lil ħaddiem, ta’ 65 sena, li l-post tax-xogħol tiegħu tneħħa, ta’ pensjoni tal-irtirar u mhux tal-paga antika tiegħu, irrispettivament mid-dritt tal-persuna kkonċernata li tkompli b’attività professjonali lil hinn mill-età ta’ 65 sena
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għall-benefiċċji tal-irtirar u tal-invalidità li jaqgħu taħt skema professjonali tas-sigurtà soċjali.
(2)
L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-uffiċjali li laħqu l-età li tippermettilhom jirċievu pensjoni tal-irtirar ma jkunux jistgħu, biss minħabba dan il-fatt, jibbenefikaw minn ħlas għad-disponibbiltà intiż għall-uffiċjali li tkeċċew minħabba t-tneħħija tal-pożizzjoni tagħhom.
(1) ĠU C 13, 14.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy