4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-547/11) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjonijiet 2006/323/KE u 2007/375/KE - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għall-produzzjoni ta’ alumina f’Sardegna - Irkupru - Deċiżjonijiet ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ avviż għall-ħlas adottati minn qorti nazzjonali))
2014/C 253/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn F. Varrone, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għall-produzzjoni ta’ alumina f’Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja implimentata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament (ĠU 2006, L 119, p. 12) u mal-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE, tas-7 ta’ Frar 2007, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati għal produzzjoni tal-alumina f’Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja implimentata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament (ĠU L 147, p. 29) – Ksur tal-Artikolu 288 TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) – Rekwiżit tal-implementazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni – Natura insuffiċjenti tal-proċedura ta’ rkupru tal-għajnuna illegali inkwistjoni
Dispożittiv
1)
Peress li ma adottatx, fit-termini imposti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għall-produzzjoni ta’ alumina f’Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja implimentata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE, tas-7 ta’ Frar 2007, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati għal produzzjoni tal-alumina f’Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja implimentata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament [C 78/2001 (ex NN 22/01), C 79/2001 (ex NN 23/01), C 80/2001 (ex NN 26/01)], ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2006/323, taħt l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/375 u taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE.
Peress li ma bagħtitx, fit-termini imposti, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2006/323 u fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2007/375, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet u taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy