8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Edgard Mulders vs Rijksdienst voor Pensioenen
(Kawża C-548/11) (1)
(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 1(r) - Kunċett ta’ “perijodi ta’ assigurazzjoni” - Artikolu 46 - Kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar - Perijodi ta’ assigurazzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Ħaddiem transkonfinali - Perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol - Kumulu ta’ benefiċċji simili mħallsa minn żewġ Stati Membri - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan il-perijodu bħala perijodu ta’ assigurazzjoni - Kundizzjoni ta’ residenza - Regoli nazzjonali antikumulu)
2013/C 164/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Edgard Mulders
Konvenuta: Rijksdienst voor Pensioenen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(r) u 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Assigurazzjoni għax-xjuħija u mewt — Kalkolu tal-benefiċċji — Perijodi ta’ assigurazzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni
Dispożittiv
L-Artikoli 1(r) u 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 13(2)(a) ta’ dan ir-regolament u tal-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, meta jsir il-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar fi Stat Membru, perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol, li matulu benefiċċju tal-assigurazzjoni għall-mard, li minnu jkunu tnaqqsu kontribuzzjonijiet fir-rigward tal-assigurazzjoni għax-xjuħija, ikun tħallas fi Stat Membru ieħor lil ħaddiem migrant, ma jitteħidx inkunsiderazzjoni mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor bħala “perijodu ta’ assigurazzjoni” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet minħabba li l-persuna kkonċernata ma tkunx residenti f’dan l-aħħar Stat u/jew tkun ibbenefikat minn benefiċċju simili skont il-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, li ma setax jiġi akkumulat ma’ dan il-benefiċċju tal-assigurazzjoni għall-mard.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy