24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — PIGI — Pavleta Dimova ET vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-550/11) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Aġġustament - Serq ta’ merkanziji)
2012/C 366/26
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PIGI — Pavleta Dimova ET
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Prassi fiskali nazzjonali li skontha l-VAT tal-input imnaqqsa waqt l-akkwist ta’ beni għandha neċessarjament tiġi rregolarizzata fil-każ ta’ għajbien ta’ beni wara serqa — Kunċett ta’ serq debitament ippruvat jew iġġustifikat
Dispożittiv
L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali, bħal dawk li jinsabu fl-Artikoli 79 u 80 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost), li jirrikjedu, matul il-konstatazzjoni tal-assenza ta’ beni suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-aġġustament tat-tnaqqis ta’ din it-taxxa tal-input fil-mument tax-xiri ta’ dawn il-beni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli kienet vittma ta’ serq tal-imsemmija beni fejn min wettaq tali serq ma ġiex identifikat.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy