14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)/Ypourgos Anaptyxis, Antagonistikotitas kai Naftilias, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados
(Kawża C-555/11) (1)
(Direttiva 2002/92/KE - Medjazzjoni fl-assigurazzjoni - Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew minn impjegat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha - Possibbiltà għall-imsemmi impjegat li jeżerċita okkażżjonalment attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni - Rekwiżiti professjonali)
2013/C 367/05
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)
Konvenuti: Ypourgos Anaptyxis, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symboulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” — Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew impjegat ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li jaġixxi taħt ir-responabbiltà tagħha — Portata
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet moqrjia flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li impjegat ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li ma għandux il-kwalifiki previsti f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar jeżerċita, okkażjonalment u mhux fil-kuntest tal-attività professjonali prinċipali tiegħu, attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni, meta dan l-impjegat ma jaġixxix fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ subordinazzjoni li torbtu ma’ din l-impriża, iżda din tal-aħħar tissorvelja madankollu l-attivitajiet tiegħu.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy