22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — Maria Kozak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie
(Kawża C-557/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha - Kunċett ta’ servizz uniku - Artikolu 98 - Rata mnaqqsa tal-VAT)
2012/C 399/11
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Kozak
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 306 sa 310, kif ukoll tal-Artikolu 98, flimkien mal-punt 5 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar — Rifjut li tiġi applikata r-rata mnaqqsa ta’ VAT, applikabbli għas-servizzi ta’ trasport, għal servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha fil-kuntest ta’ servizz tal-ivjaġġar kumpless — Klassifikazzjoni bħala servizz uniku
Dispożittiv
L-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta fil-kuntest ta’ servizz turistiku pprovdut lil klijent inkambju għal prezz li jinkludi kollox impost skont dawn id-dispożizzjonijiet, aġenzija tal-ivvjaġġar tipprovdi lil dan il-klijent servizz ta’ trasport intern li jikkostitwixxi wieħed mill-element ta’ dan is-servizz turistiku, dan is-servizz huwa suġġett għall-iskema normali tal-VAT, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda r-rata ta’ tassazzjoni, u mhux għall-iskema speċjali tal-VAT applikabbli għat-tranżazzjonijiet tal-aġenziji tal-ivvjaġġar. Skont l-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, jekk l-Istati Membri jkunu stabbilixxew rata mnaqqsa tal-VAT fil-qasam tas-servizzi ta’ trasport, din ir-rata mnaqqsa hija applikabbli għall-imsemmi servizzi.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy