8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-565/11) (1)
(Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura - Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa - Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ effettività)
2013/C 164/08
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mariana Irimie
Konvenuta: Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Sibiu — Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, tal-Artikoli 6 TUE u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ammont tal-kumpens għad-dannu subit minn individwi minħabba ksur mill-Istat Membru tad-dritt tal-Unjoni — Rimbors tal-interessi legali relatati mal-ħlas lura ta’ taxxa
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy