3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Agroferm A/S vs Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri
(Kawża C-568/11) (1)
(Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Prodott abbażi ta’ zokkor, kompost 65 % minn sulfat tal-lisina u 35 % minn impuritajiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura - Regolament (KE) Nru 1719/2005 - Regolament (KE) Nru 1265/2001 - Ħlas lura fuq il-produzzjoni għal ċerti prodotti użati fl-industrija kimika - Għajnuna Komunitarja indebitament imħallsa - Rimbors - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2013/C 225/23
Lingwa tal-kawża: il-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agroferm A/S
Konvenut: Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, p. 1) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2001, tas-27 ta’ Ġunju 2001, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 rigward l-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni fuq xi prodotti taz-zokkor użati fl-industrija tal-kimika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33 p. 76) — Klassifikazzjoni tariffarja għall-finijiet tal-għoti ta’ ħlas lura fuq il-produzzjoni għal ċerti prodotti fis-settur taz-zokkor użati fl-industrija tal-kimika — Prodott ibbażat fuq iz-zokkor, immanifatturat permezz tal-fermentazzjoni bis-saħħa ta’ Corynebacterium glutamicum u li jikkonsisti f’65 % ta’ sulfat tal-lisina u impuritajiet li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 2309, 2922 jew 3824 tan-Nomenklatura Magħquda — Għajnuna Komunitarja mħallsa indebitament
Dispożittiv
(1)
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott kompost minn sulfat tal-lisina kif ukoll minn impuritajiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2309 inkwantu preparazzjoni tat-tipi użati għall-għalf tal-annimali.
(2)
Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet doganali nazzjonali, minn naħa, jitolbu r-rimbors tal-ammont indebitu tal-ħlasijiet lura tal-produzzjoni għas-sulfat tal-lisina li l-produttur ikun diġà rċieva, u, min-naħa l-oħra, jirrifjutaw li jipproċedu sabiex iwettqu l-ħlasijiet lura fuq il-produzzjoni għal dan il-prodott, li fir-rigward tiegħu l-awtoritajiet kienu ħadu passi fir-rigward ta’ dan il-produttur.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012
Full & Egal Universal Law Academy