15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-576/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Impożizzjoni ta’ pagament ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa)
2014/C 45/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, kif ukoll minn B. Simon u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: P. Frantzen u C. Schiltz, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, C. Murrell u S. Ford, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-23 ta’ Novembru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-452/05) dwar in-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271/KEE tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-452/05), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1) TFUE.
(2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 000 000.
(3)
Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jippersisti sal-jum ta’ meta tingħata din is-sentenza, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 2 800 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni neċessarja sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, li tibda tiddekorri mid-data ta’ għoti tas-sentenza f’din il-kawża, sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq.
(4)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(5)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 39, 11.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy