25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Deltafina SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-578/11 P) (1)
((Appell - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux ipproċessat - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Immunità minn multi - Obbligu ta’ kooperazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju - Dritt għal smigħ xieraq - Smigħ ta’ xhieda jew ta’ partijiet - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament))
2014/C 282/02
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Deltafina SpA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, F. Di Gianni, G. Coppo, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u L. Malferrari, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Deltafina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012
Full & Egal Universal Law Academy