16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — il-Portugall) — Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP) vs Comissão Directiva do Programa Operacional Potencial Humano, Ministério do Ambiente e do Ordenamento do Território, Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social
(Kawża C-579/11) (1)
(Fondi strutturali - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Eliġibbiltà ġeografika - Implementazzjoni ta’ investiment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea minn lokalità li tinstab barra mir-reġjuni eliġibbli u minn operatur stabbilit f’lokalità bħal din)
2013/C 46/19
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP)
Konvenuti: Comissão Directiva do Programa Operacional Potencial Humano, Ministério do Ambiente e do Ordenamento do Território, Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social
Fil-preżenza ta’: Instituto Nacional de Administração, Sindicato dos Quadros Técnicos do Estado, Instituto Superior de Ciências, do Trabalho e da Empresa, Instituto do Desporto de Portugal
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 174, 175 u 176 TFUE, tal-Artikoli 5 sa 8, 22, 32, 34, 35 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25) u tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 196) — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Programmi operazzjonali — Eliġibbiltà tal-ispejjeż — Klassifikazzjoni komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS)
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni li jirrigwardaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li investiment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea jkun implementat minn lokalità li tinstab barra mir-reġjuni eliġibbli u minn operatur stabbilit f’lokalità bħal din, bil-kundizzjoni li dan l-investiment ikun, b’mod immirat u identifikabbli, dirett lejn ir-reġjuni eliġibbli.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012
Full & Egal Universal Law Academy