3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid — Spanja) — Genil 48, S.L., Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L. vs Bankinter SA, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
(Kawża C-604/11) (1)
(Direttiva 2004/39/KE - Swieq fl-istrumenti finanzjarji - Artikolu 19 - Regoli ta’ kondotta għall-provvista ta’ servizzi ta’ investiment lil klijenti - Pariri dwar l-investiment - Servizzi oħra ta’ investiment - Obbligu li tiġi evalwata l-adegwatezza jew in-natura xierqa tas-servizz li jiġi pprovdut - Konsegwenzi kuntrattwali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu - Servizz ta’ investiment li jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju - Kuntratti ta’ skambju (“swaps”) sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interess ta’ prodotti finanzjarji)
2013/C 225/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Genil 48, S.L., Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L.
Konvenuti: Bankinter SA, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid — Interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 19(4), (5) u (9) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263) — Kuntratti ta’ skambju ta’ rata ta’ interess bil-għan li jkun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rati ta’ interessi ta’ prodotti finanzjarji oħra — Test ta’ adegwatezza
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, servizz ta’ investiment ma jiġix offrut bħala parti minn prodott finanzjarju ħlief jekk jagħmel parti integrali fil-mument meta dan huwa offert lill-klijent u, min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u r-regoli komuni Ewropej li tirreferi għalihom din id-dispożizzjoni għandhom jippermettu evalwazzjoni tar-riskji tal-klijenti u/jew jinkludu rekwiżiti fil-qasam tal-informazzjoni, li jiġbru fi ħdanhom ukoll is-servizz ta’ investiment li jagħmel parti integrali mill-prodott finanzjarju inkwistjoni, sabiex dan is-servizz ma jkunx iktar suġġett għall-obbligi stipulati fl-imsemmi Artikolu 19.
(2)
Il-punt 4 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li klijent jiġi propost kuntratt ta’ skambju sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interess ta’ prodotti finanzjarji li dan il-klijent ikun issottoskriva jikkostitwixxi servizz ta’ parir dwar l-investiment, kif iddefinit f’din id-dispożizzjoni, sa fejn ir-rakkomandazzjoni tirrigwarda s-sottoskrizzjoni għal dan il-kuntratt ta’ swap hija indirizzata lil dan il-klijent minħabba l-kwalità tiegħu ta’ investitur, li hija tkun ippreżentata bħala adattata għall-imsemmi klijent jew ibbażata fuq l-eżami tas-sitwazzjoni proprja tiegħu u li hija ma ħarġitx esklużivament permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni jew kienet iddestinata għall-pubbliku.
(3)
Huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-konsegwenzi kuntrattwali li għandhom jitnisslu min-nuqqas ta’ osservanza, minn ditta ta’ investiment li toffri servizz ta’ investiment, tar-rekwiżiti fil-qasam tal-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva 2004/39, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji tal-ekwivalenza u tal-effettività.
(1) ĠU C 32, 4.2.2012
Full & Egal Universal Law Academy