23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG
(Kawża C-610/11 P) (1)
(Appell - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali Komunitarja CENTROTHERM - Użu ġenwin - Mezzi ta’ prova - Affidavit - Oneru tal-prova - Eżami ex officio tal-fatti - Provi addizzjonali prodotti quddiem il-Bord tal-Appell - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 15, 51 u 76 - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 40(5))
2013/C 344/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati, kif ukoll minn F. Schmidt, Patentanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011, Centrotherm Systemtechnik vs UASI (T-434/09), li permezz tagħha dan tal-aħħar caħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), sa fejn din laqgħet it-talba għal revoka tat-trade mark CENTROTHERM — Użu ġenwin mit-trade mark — Prova
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2011, Centrotherm Systemtechnik vs UASI — centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM) (T-434/09), hija annullata.
(2)
Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4) huwa annullat.
(3)
Centrotherm Systemtechnik GmbH, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-appell.
(1) ĠU C 80, 17.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy