3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ryanair Ltd, Air One SpA
(Kawża C-615/11 P) (1)
(Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Artikolu 232 KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 20(2) - Allegata għajnuna mill-Istat favur kumpanniji tal-ajru Taljani - Ilment - Assenza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni)
2013/C 225/26
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u S. Noë, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ryanair Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avukat, I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukati), Air One SpA (rappreżentanti: M. Merola, M.C. Santacroce u G. Belotti, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Ryanair vs Il-Kummissjoni (T-442/07) li tilqa’ parzjalment rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni dwar l-ilmenti tal-appellanti dwar għajnuna allegatament mogħtija mill-Italja lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana, fil-forma ta’ tipi differenti ta’ miżuri vantaġġużi applikati favur dawn il-kumpanniji
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy