23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Pactor Vastgoed BV
(Kawża C-622/11) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 13(Ċ) u 20 - Kunsinna ta’ proprjetà immobbli - Dritt ta’ għażla għall-intaxxar - Dritt għal tnaqqis - Aġġustament tat-tnaqqis - Irkupru tas-somom dovuti wara l-aġġustament ta’ tnaqqis tal-VAT - Persuna taxxabbli - Persuna taxxabbli differenti minn dik li tkun inizjalment għamlet dan it-tnaqqis u li tkun estranea għat-tranżazzjoni ntaxxata li tkun tat lok għal dan it-tnaqqis)
2013/C 344/25
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Pactor Vastgoed BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Aġġustament tat-tnaqqis applikat inizjalment — Kunsinna ta’ proprjetà immobbli minn fornitur lil kumpannija immobiljari — Kunsinna ttrattata mill-partijiet bħala tranżazzjoni taxxabbli b’mod kuntrarju għal-leġiżlazzjoni applikabbli
Dispożittiv
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi li l-irkupru tas-somom dovuti wara l-aġġustament ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud isir mingħand persuna taxxabbli differenti minn dik li tkun għamlet dan it-tnaqqis.
(1) ĠU C 73, 10.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy