24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-629/11 P) (1)
(Appell - Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni - Offerta miċħuda - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 100(2) - Terminu biex titwieġeb talba għal informazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Artikolu 149(2))
2012/C 366/27
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, dikigoros)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calciu u S. Delaude, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-298/09) li tiċħad rikors li l-għan tiegħu huwa li jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Mejju 2009, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti EAC/01/2008 dwar servizzi esterni għal programmi edukattivi (EPISEP) (ĠU 2008/S 158-212752), kif ukoll id-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal danni — Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju — Perijodu ta’ validità tal-offerti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 49, 18.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy