3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-635/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji b’kapitali azzjonarji - Artikolu 16(2)(a) u (b) - Kumpannija li tirriżulta minn merger transkonfinali - Ħaddiema impjegati fl-Istat Membru fejn ikun l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija jew fi Stati Membri oħrajn - Drittijiet ta’ parteċipazzjoni - Assenza ta’ identità ta’ drittijiet)
2013/C 225/28
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u M. van Beek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.S. Schillemans u C. Wissels, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 16(2)(b) tad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1) — Parteċipazzjoni tal-impjegati
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex l-impjegati ta’ stabbilimenti ta’ kumpannija, li tirriżulta minn merger transkonfinali u li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi, li jkunu fi Stati Membri oħra jibbenefikaw minn drittijiet ta’ parteċipazzjoni identiċi għal dawk ta’ ħaddiema impjegati fil-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(2)(b) tad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 58, 25.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy