23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — Stroy trans EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-642/11) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Artikolu 203 - Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura - Eżiġibbiltà - Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli - Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha - Neċessità)
2013/C 86/08
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stroy trans EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input — Taxxa dovuta minħabba li hija mniżżla fuq il-fattura, minkejja n-nuqqas ta’ kunsinna jew ta’ ħlas tas-suġġett tal-fattura — Prova li l-kunsinna ta’ merkanzija twettqet verament — Aġġustament fiskali li jirrigwarda lill-fornitur dirett tal-persuna taxxabbli li ma jinkludix korrezzjoni tat-taxxa
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fuq fattura minn persuna hija dovuta minnha indipendentement mill-eżistenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli;
—
mis-sempliċi fatt li l-awtorità tat-taxxa ma kkoreġietx, f’avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, il-VAT iddikjarata minnu, ma jistax jiġi dedott li din l-awtorità rrikonoxxiet li l-imsemmija fattura kienet tikkorrispondi għal tranżazzjoni taxxabbli effettiva.
(2)
Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiġi mċaħħad mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input minħabba l-assenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli effettiva, minkejja li, fl-avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, il-VAT iddikjarata minn dan tal-aħħar ma ġietx ikkoreġuta. Madankollu, jekk, fid-dawl ta’ frodi jew irregolaritajiet imwettqa minn dan l-emittent jew fi stadju preċedenti għat-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis, jiġi kkunsidrat li din it-tranżazzjoni effettivament ma saritx, għandu jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma d-destinatarju tal-fattura jiġi obbligat iwettaq verifiki li ma huwiex obbligat iwettaq, li dan id-destinatarju kien jaf jew kellu jkun jaf li l-imsemmija tranżazzjoni kienet implikata fi frodi tal-VAT, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 80, 17.03.2012
Full & Egal Universal Law Academy