9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013 — Falles Fagligt Forbund (3F), li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka
(Kawżi magħquda C-646/11 P) (1)
(Appell - Għajnuna mogħtija mill-Istat - Miżuri ta’ tnaqqis fiskali - Baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż - Artikolu 88(3) KE - Fażi preliminari ta’ eżami - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ eżami - Eżistenza ta’ dubji f’dak li jikkonċerna l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni - Terminu tal-eżami)
2013/C 71/07
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Falles Fagligt Forbund (3F), li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (rappreżentanti: P. Torbøl, S. Aparicio Hill, avukati u V. Edwards, solicitor]
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, u P.J. Loewenthal, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u C. Thorning, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011, 3F vs Il-Kummissjoni (T-30/03 RENV), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002)4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li tikkunsidra għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni l-miżuri ta’ tnaqqis fiskali applikabbli għal baħħara fuq bastimenti Daniżi (Kawża C-319/07 P irrinvijata wara kassazzjoni)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Falles Fagligt Forbund (3F) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy