3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — The Queen, fuq it-talba ta’: MA, BT, DA vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-648/11) (1)
(Regolament (KE) Nru 343/2003 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli - Minuri mhux akkumpanjat - Applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati f’żewġ Stati Membri suċċessivament - Assenza ta’ membru tal-familja tal-minuri fit-territorju tal-Istat Membru - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 - Trasferiment tal-minuri lejn Stat Membru fejn dan ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu - Kompatibbiltà - L-aħjar interess tat-tfal - Artikolu 24(2) tal-Karta)
2013/C 225/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’: MA, BT, DA
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Fil-preżenza ta’: The AIRE Centre (Advice on Individual Rights in Europe) (UK),
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Proċedura sabiex jiġi ddeterminat liema l-Istat Membru huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati minn minuri mhux akkumpanjati, li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Dispożittiv
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, fejn minuri mhux akkumpanjat li l-ebda membru tal-familja tiegħu ma jkun jinsab legalment fi Stat Membru, ikun ippreżenta applikazzjonijiet għall-ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa jindika bħala l-“Istat Membru responsabbli” dak l-Istat Membru li fih ikun jinsab il-minuri wara li jkun ippreżenta, hemmhekk, applikazzjoni għall-ażil.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy