3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs X BV
(Kawża C-651/11) (1)
(VAT - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 5(8) - Kunċett ta’ “trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” - Assenjazzjoni ta’ 30 % tal-azzjonijiet ta’ kumpannija li lilha ċ-ċedent jipprovdi servizzi suġġetti għall-VAT)
2013/C 225/30
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: X BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(8) u 6(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Trasferiment tal-assi u/jew tas-servizzi (kollha jew parti minnhom) — Ċessjoni ta’ 30 % tal-azzjonijiet ta’ kumpannija minn azzjonist li, sad-data tal-assenjazzjoni, kien jipprovdilha servizzi suġġetti għall-VAT
Dispożittiv
L-Artikoli 5(8) u/jew 6(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assenjazzjoni ta’ 30 % tal-azzjonijiet ta’ kumpannija, li lilha ċ-ċedent jipprovdi servizzi suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma tikkostitwixxix trasferiment tal-assi jew tas-servizzi kollha jew parti minnhom fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, indipendentement mill-fatt li l-azzjonisti l-oħra jittrasferixxu l-kumplament tal-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija lill-istess persuna prattikament fl-istess ħin u li dan it-trasferiment ikun marbut mill-qrib mal-attivitajiet ta’ ġestjoni mwettqa għall-istess kumpannija.
(1) ĠU C 73, 10.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy