3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — ir-Renju Unit) — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Paul Newey, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali Ocean Finance
(Kawża C-653/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 2(1) u 6(1) - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Provvista ta’ servizzi ta’ reklamar u ta’ senserija ta’ kreditu - Eżenzjonijiet - Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet - Prattiki abbużivi - Tranżazzjonijiet li għandhom biss l-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali)
2013/C 225/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Konvenut: Paul Newey, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali Ocean Finance
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(2)(e) u 13B(d) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1 p. 23) — Eżenzjoni tal-provvisti tas-servizz ta’ senserija ta’ kreditu — Attività ta’ senserija ta’ kreditu diretta lejn ir-Renju Unit ta’ kumpannija stabbilita f’Jersey li tuża s-servizzi ta’ persuna stabbilita fir-Renju Unit — Attribuzzjoni tal-attività lill-kumpannija stabbilita f’Jersey jew lill-persuna stabbilita fir-Renju Unit
Dispożittiv
It-termini kuntrattwali, anki jekk jikkostitwixxu fatt li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, ma humiex determinanti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-fornitur u tal-benefiċjarju ta’ “provvista ta’ servizzi”, skont l-Artikolu 2(1) u 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/59/KE tas-17 ta’ Ġunju 1999. B’mod partikolari, dawn it-termini jistgħu jiġu injorati jekk jirriżulta li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika u kummerċjali iżda jikkostitwixxu skema purament artifiċjali li tkun mingħajr realtà ekonomika u li titwettaq unikament bil-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali, kwistjoni li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy