20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Seven for all mankind LLC vs Seven SpA — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-655/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark verbali preċedenti - Element “SEVEN” - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Raġuni relattiva għal rifjut)
2013/C 114/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Seven for all mankind LLC (rappreżentanti: A. Gautier-Sauvagnac u B. Guimberteau, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Seven SpA (rappreżentant: L. Trevisan, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, agent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-6 ta’ Ottubru 2011, SEVEN vs UASI — SEVEN FOR ALL MANKIND (SEVEN FOR ALL MANKIND) (T-176/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni R 1514/2008-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-28 ta’ Jannar 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi Komunitarji u internazzjonali li jinkludu l-element verbali “Seven”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 12, 14, 45, 16, 18, 20, 25 u 28, kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “SEVEN FOR ALL MANKIND” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 18 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009 — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami tax-xebh tas-sinjali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Seven for all mankind LLC hija kkundannata sabiex tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti minn Seven SpA.
(3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy