14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Iranda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-656/11) (1)
((Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Deċiżjoni tal-Kunsill - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 48 TFUE - Artikolu 79(2)(b) TFUE))
2014/C 112/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Iranda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Murrell, sussegwentement minn M. Holt, aġenti, assistiti minn A. Dashwood QC)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon u L. Williams kif ukoll minn J. Stanley, aġenti, assistiti minn N. J. Travers, BL)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Marhic u M. Veiga, sussgwentement minn A. De Elera, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn V. Kreuschitz, sussegwentement minn S. Pardo Quintillán u J. Enegren, aġenti)
Suġġett
Rikors għal annullament – Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 341, p. 1) – Għażla tal-bażi legali – Artikolu 48 TFUE (adozzjoni, fil-qasam tas-sigurtà soċjali, tal-miżuri neċessarji għall-istabbiliment tal-moviment liberu tal-ħaddiema) jew l-Artikolu 79(2)(b) TFUE (drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru) – Effett prattiku ta’ din l-għażla fuq id-drittijiet u l-obbligi tar-Renju Unit, minħabba l-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni ta’ dan l-Istat u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
L-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 49, 18.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy