31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Belgian Electronic Sorting Technology NV vs Bert Peelaers, Visys NV
(Kawża C-657/11) (1)
(Direttivi 84/450/KEE u 2006/114/KE - Reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv - Kunċett ta’ “reklamar” - Reġistrazzjoni u użu ta’ isem tad-domain - Użu ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet)
2013/C 252/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgian Electronic Sorting Technology NV
Konvenuti: Bert Peelaers, Visys NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 227) u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, p. 21) — Kunċett ta’ reklamar — Reġistrazzjoni u użu ta’ isem tad-domain — Użu tas-metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet.
Dispożittiv
L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 227), kif emendata bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, u l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “reklamar”, kif iddefinit minn dawn id-dispożizzjonijiet, ikopri, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-użu ta’ isem tad-domain kif ukoll dak ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet. Min-naħa l-oħra, ir-reġistrazzjoni ta’ isem tad-domain ma hijiex, bħala tali, inkluża f’dan il-kunċett.
(1) ĠU C 73, 10.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy