23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Il-Belġju) — Martin y Paz Diffusion SA vs David Depuydt, Fabriek van Maroquinerie Gauquie NV
(Kawża C-661/11) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5 - Kunsens tal-proprjetarju ta’ trade mark għall-użu, minn terz, ta’ sinjal identiku għal tali trade mark - Kunsens mogħti fil-kuntest ta’ użu kondiviż - Possibbiltà għall-imsemmi proprjetarju li jtemm l-użu kondiviż u li jikseb mill-ġdid l-użu esklużiv tat-trade mark tiegħu)
2013/C 344/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Martin y Paz Diffusion SA
Konvenuti: David Depuydt, Fabriek van Maroquinerie Gauquie NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1) u 8(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata fil-każ ta’ qsim sostenibbli tal-użu tat-trade mark ma’ terz fil-kuntest ta’ forma ta’ koproprjetà għal parti mill-prodotti koperti u ta’ kunsens irrevokabbli mogħti mill-proprjetarju lil dan it-terz għall-użu tal-imsemmija trade mark — Regola nazzjonali li tipprojbixxi lill-proprjetarju tat-trade mark milli jeżerċità d-dritt tiegħu b’mod ħażin jew abbużiv — Projbizzjoni ta’ użu tat-trade mark mill-proprjetarju għad-detriment tat-terz — Sanzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade mark, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jipprekludi li proprjetarju ta’ trade marks li, fil-kuntest ta’ użu kondiviż ma’ terz, kien ta l-kunsens tiegħu għall-użu minn dan it-terz ta’ sinjali identiċi għat-trade marks tiegħu għal ċerti prodotti fil-klassijiet li għalihom huma rreġistrati dawn it-trade marks, u li ma jagħtix iktar il-kunsens tiegħu, jiċċaħħad minn kull possibbiltà li jinvoka d-dritt esklużiv mogħti lilu mill-imsemmija trade marks lill-imsemmi terz u li jeżerċita huwa stess dan id-dritt esklużiv għal prodotti identiċi għal dawk tal-istess terz.
(1) ĠU C 89, 24.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy