3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea — ir-Rumanija) — Scandic Distilleries SA vs Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-663/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/12/KEE - Dazji tas-sisa - Prodotti rrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor milli dak fejn is-sisa ġiet imħallsa - L-istess prodotti ttrasportati fi Stat Membru ieħor fejn is-sisa ġiet imħallsa wkoll - Talba għar-rimbors tas-sisa mħallsa fl-ewwel Stat Membru - Rifjut għal nuqqas ta’ introduzzjoni ta’ talba qabel ma jintbagħtu l-prodotti - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)
2013/C 225/32
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Scandic Distilleries SA
Konvenut: Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Oradea — Interpretazzjoni tal-Artikoli 7 u 22(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) — Rifjut tal-awtoritajiet nazzjonali li jirrimborsaw id-dazji tas-sisa miġbura fuq prodotti li tqiegħdu għall-konsum fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu tal-kunsinnatur li qabel ma jibgħat il-merkanzija jagħmel it-talba għal rimbors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li jiġu prodotti serje ta’ dokumenti li jistgħu jiġu pprovduti biss wara l-kunsinna tal-merkanzija — Kriterji ta’ regolarità iktar restrittivi mit-terminu ġenerali ta’ ħames snin applikabbli għal kull talba ta’ rimbors — Telf tad-dritt tan-negozjant li jikseb ir-rimbors — Konformità mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività
Dispożittiv
L-Artikolu 22(1) sa (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li għalihom diġà tħallset is-sisa, ġew ittrasportati fi Stat Membru ieħor fejn dawn il-prodotti huma suġġetti għas-sisa u din tħallset hemmhekk ukoll, talba għal rimbors tas-sisa mħallsa fl-Istat Membru tat-tluq ma tistax tiġi miċħuda għar-raġuni biss li din it-talba ma ġietx introdotta qabel ma ġew mibgħuta l-imsemmija prodotti, iżda għandha tiġi evalwata fuq il-bażi tal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu. Min-naħa l-oħra, jekk is-sisa ma tħallsitx fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, talba bħal din tista’ tiġi rrifjutata fuq il-bażi tal-Artikolu 22 (1) u (2).
(1) ĠU C 89, 24.3.2012
Full & Egal Universal Law Academy