23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Alliance One International Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-668/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Effett dissważiv - Ugwaljanza fit-trattament - Kooperazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti)
2013/C 344/29
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Alliance One International Inc. (rappreżentanti: M. Odriozola u A. Vide, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-12 ta’ Ottubru 2011, Agroexpansión vs Il-Kummissjoni (T-38/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 24.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy