3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Doux Élevage SNC, Coopérative agricole UKL-ARREE vs Ministère de l’Agriculture, de l’alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l’aménagement du territoire, Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF)
(Kawża C-677/11) (1)
(Artikolu 107(1) TFUE - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ ‘riżorsi tal-Istat’ - Kunċett ta’ ‘imputabbiltà lill-Istat’ - Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur agrikolu - Organizzazzjonijiet rikonoxxuti - Azzjonijiet komuni deċiżi minn dawn l-organizzazzjonijiet fl-interess tal-professjoni - Finanzjament permezz tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti b’mod volontarju mill-imsemmija organizzazzjonijiet - Att amministrattiv li jirrendi obbligatorji dawn il-kontribuzzjonijiet għall-professjonisti kollha fis-settur agrikolu kkonċernat)
2013/C 225/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Doux Élevage SNC, Coopérative agricole UKL-ARREE
Konvenuti: Ministère de l’Agriculture, de l’alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l’aménagement du territoire, Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE fid-dawl tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Pearle et (C-345/02) — Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi lill-professjonisti kollha ta’ settur ftehim li jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-imsemmija awtorità u li jagħmel il-kontribuzzjoni obbligatorja — Implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazjonijiet esterni, ta’ difiża tal-interessi tas-settur — Iffinanzjar ta’ azzjonijiet li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni — Kunċett ta’ “għajnuna”
Dispożittiv
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li testendi għall-professjonisti kollha ta’ settur agrikolu ftehim li, bħall-ftehim interprofessjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi kontribuzzjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali u li għalhekk jagħmilha obbligatorja sabiex tippermetti l-implementazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni, ta’ relazzjonijiet esterni, ta’ garanzija ta’ kwalità, ta’ riċerka u ta’ difiża tal-interessi tas-settur ikkonċernat ma tikkostitwixxix element ta’ għajnuna mill-Istat.
(1) ĠU C 89, 24.3.2012
Full & Egal Universal Law Academy