23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Alliance One International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-679/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq - Ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta' sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet fundamentali - Effett dissważiv - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa - Ne ultra petita - Dritt ta’ smigħ xieraq)
2013/C 344/30
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Alliance One International, Inc. (rappreżentanti: M. Odriozola u A. Vide, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier, J. Bourke u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, Alliance One International vs Il-Kummissjoni (T-41/05) li tnaqqas il-parti tal-ammont tal-multa impost fuq Agroexpansión, għall-ħlas tagħha Alliance One International, Inc. hija responsabbli in solidum ma’ Agroexpansión, u li tiċħad il-kumplament tar-rikors li għandu bħala suġġett l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Settur tat-tabakk mhux maħdum fi Spanja), dwar akkordju intiż għall-iffissar tal-prezzijiet imħallsa lill-produtturi u l-kwantitajiet mixtrija għal dawn fis-suq Spanjol tat-tabakk mhux maħdum
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 73, 10.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy