10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Daiichi Sankyo Company vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-6/11) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3), tar-Regoli tal-Proċedura - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikoli 3 u 4 - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat - Kunċett ta’ “prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ” - Kriterji - Eżistenza ta’ kriterji addizzjonali jew differenti għal prodott mediċinali li jinkludi iktar minn prinċipju attiv)
2012/C 73/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Daiichi Sankyo Company
Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division, Patents Court) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(a) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Kundizzjonijiet għall-kisba taċ-ċertifikat — Kunċett ta’ “prodott […] protett minn privattiva bażika fis-seħħ” — Kriterji — Eżistenza ta’ kriterji ulterjuri jew differenti għal prodott mediċinali li jinkludi iktar minn ingredjent attiv wieħed?
Dispożittiv
L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li s-servizzi kompetenti tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li jirrigwarda prinċipji attivi li ma humiex imsemmija fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika invokata insostenn ta’ applikazzjoni bħal din.
(1) ĠU C 63, 26.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy