16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Suceava — ir-Rumanija) — Aurora Elena Sfichi vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-29/11), Adrian Ilaș vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava, Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-30/11)
(Kawżi magħquda C-29/11 u C-30/11) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 211/16
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Suceava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aurora Elena Sfichi (C-29/11), Adrian Ilaș C-30/11)
Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-29/11), Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava, Administrația Finanțelor Publice Suceava, Administrația Fondului pentru Mediu (C-30/11)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Suceava — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi għall-ħlas ta’ taxxa ambjentali, filwaqt li l-vetturi użati li huma diġà preżenti fis-suq nazzjonali huma eżenti mill-imsemmija taxxa meta jerġgħu jiġu rreġistrati — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 110 TFUE — Xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzija.
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li hija imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati li jkollhom l-istess età u li jkunu fl-istess kundizzjoni fir-rigward tal-użu li jkun sar minnhom fis-suq nazzjonali.
(1) ĠU C 113, 09.04.2011
Full & Egal Universal Law Academy