14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Deutsche Bahn AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-45/11) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita orizzontali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b))
2012/C 109/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (rappreżentant: K. Schmidt Hern, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010, Deutsche Bahn vs UASI (T-404/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti f’taħlita tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja għal ċerti servizzi fil-klassi 39 — Karattru distintiv ta’ sinjal li jikkonsisti f’taħlita ta’ kuluri
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 130, 30.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy