10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2011 — Fernando Marcelino Victoria Sánchez vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-52/11 P) (1)
(Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ittra indirizzata lill-Parlament u lill-Kummissjoni - Risposta - Deċiżjoni ta’ arkivjar - Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli)
2012/C 73/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (rappreżentant: P. Suarez Plácido, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u P. López-Carceller, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u L. Lozano Palacios, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2010, Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni (T-61/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea, sa fejn dawn l-istituzzjonijiet illegalment naqsu milli jwieġbu għall-ittra tal-appellant tas-6 ta’ Ottubru 2009, talba għal ħruġ ta’ ordni u talba għal miżuri ta’ protezzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
F. Victoria Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 103, 02.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy