14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Novembru 2011 — Tresplain Investments Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hoo Hing Holdings Ltd
(Kawża C-76/11) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(4) u 2(1)(ċ) - Trade mark Komunitarja figurattiva Golden Elephant Brand - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq trade mark nazzjonali figurattiva mhux irreġistrata GOLDEN ELEPHANT - Rinviju għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti - Sistema tal-azzjoni tal-‘common law’ għal abbuż tad-denominazzjoni (“action for passing off”))
2012/C 109/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Tresplain Investments Ltd (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Hoo Hing Holdings Ltd (rappreżentant: M. Edenborough QC)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010, Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (T-303/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja “Golden Elephant Brand”, għal prodotti fil-klassi 30, kontra d-Deċiżjoni R 889/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Mejju 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmija trade mark, ippreżentata mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva nazzjonali mhux irreġistrata “GOLDEN ELEPHANT”, għal prodotti fil-klassi 30 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Tresplain Investments Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 120, 16.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy