4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-81/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL - Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Drittijiet tad-difiża)
2012/C 235/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korah, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (T-363/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “RESERVEROL”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35, kontra d-Deċiżjoni R 1204/2008-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tad-9 ta’ Lulju 2009, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “LESTEROL”, għal prodotti fil-klassi 5
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Longevity Health Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 7.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy