4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-87/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Trade mark verbali Hallux - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni assoluta)
2012/C 235/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Fidelio KG (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Fidelio vs UASI (T-286/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hallux bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassijiet 10 u 25 (prodotti ortopediċi u żraben) — Karattru distintiv ta’ sinjal verbali li jfisser “saba’ l-kbir tas-sieq” bil-Latin.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Fidelio KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011
Full & Egal Universal Law Academy