25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs U. Notermans-Boddenberg
(Kawża C-114/11) (1)
(Artikoli 18 KE u 39 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta’ vettura partikolari bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru ieħor - Tassazzjoni ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta din tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq - Vettura miġjuba meta persuna tbiddel ir-residenza minn l-ewwel Stat Membru u tużaha kemm għall-finijiet privati kif ukoll sabiex tmur fil-post tax-xogħol li jinsab fit-tieni Stat Membru)
2012/C 258/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenut: U. Notermans-Boddenberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 KE u 39 KE (attwalment l-Artikoli 21 TFUE u 45 TFUE) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq ir-reġistrazzjoni meta vettura tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq — Issuġġettar għat-taxxa ta’ persuna li biddlet ir-residenza minn Stat Membru ieħor, li għandha n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li tuża b’mod permanenti vettura rreġistrata hemmhekk u inkluża fil-bidla fir-residenza, għall-finijiet ta’ użu privat u relatat max-xogħol li jinvolvi vjaġġi lejn dan l-Istat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq ir-residenti tiegħu li biddlu r-residenza minn Stat Membru ieħor u li ġabu magħhom vettura rreġistrata f’dan l-aħħar Stat Membru, meta vettura tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq, il-ħlas ta’ taxxa normalment dovuta fl-okkażjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vettura fl-ewwel Stat Membru, meta l-imsemmija vettura hija essenzjalment użata fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru b’mod permanenti, anki jekk dan l-użu jinkludi vjaġġi mwettqa mill-imsemmija ressidenti sabiex imorru fuq il-post tax-xogħol tagħhom, li jinsab fit-tieni Stat Membru.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011
Full & Egal Universal Law Academy