19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Giudice di pace di Mestre — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Asad Abdallah
(Kawża C-144/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 340/10
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di pace di Mestre
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Asad Abdallah
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice de pace di Mestre — Applikabbiltà diretta tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal multa ta’ bejn EUR 5 000 u EUR 10 000 għal barrani li jkun daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li mar jgħix hemm illegalment kif ukoll il-possibbiltà għall-qorti li tissostitwixxi l-imsemmija multa bl-espulsjoni għal perijodu ta’ inqas minn ħames snin, f’każ ta’ kundanna kriminali
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari ippreżentata mill-Giudice di pace di Mestre (l-Italja) permezz tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2011, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy