10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Bibi Mohammad Imran vs Minister van Buitenlandse Zaken
(Kawża C-155/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 269/30
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank ‘s-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bibi Mohammad Imran
Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank ’s-Gravenhage — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) — Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għal membru tal-familja ta’ persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz u li toqgħod legalmanent fl-Istat Membru kkonċernat li jgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni sabiex ikun jista’ jidħol fit-territorju nazzjonali — Il-membru tal-familja kkonċernat huwa omm ta’ tmient itfal, li sebgħa minnhom huma minuri, u li joqogħdu legalment fl-Istat Membru kkonċernat — Possibbiltà ta’ taħriġ, fl-Istat terz ta’ residenza, fil-lingwa tal-Istat Membru — Raġunijiet mediċi jew motivi oħra li jimpedixxu lill-membru tal-familja kkonċernat jgħaddi fi żmien raġonevoli mill-eżami ta’ integrazzjoni.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tad-deċiżjoni tal-31 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU C 219, 23.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy