10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-161/11) (1)
(Artikoli 92(1), 103(1) u 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat - Settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Deroga mill-obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2011/C 269/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vino Cosimo Damiano
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Trani — Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni tal-Unjoni kif ukoll tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirratifika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali klawżola li ma tispeċifikax il-kawża tal-impjieg għal żmien determinat għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema mal-SpA Poste Italiane
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni biex tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) permezz tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2011.
(1) ĠU C 173, 11.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy