30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2012 — Cantiere navale De Poli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-167/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-proċedura - Għajnuna mill-Istat - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Modifika ta’ għajnuna eżistenti - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Regolament (KE) Nru 1177/2002 - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti)
2012/C 194/10
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cantiere navale De Poli SpA (rappreżentanti: A. Abate u A. Franchi, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni (T-584/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Cantiere navale De Poli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) GU C 173, 11.6.2011.
Full & Egal Universal Law Academy