6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Mejju 2012 — Lan Airlines SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA
(Kawża C-198/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Appell manifestament inammissibbli)
2012/C 303/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Lan Airlines SA (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent), Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Frar 2011, Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo (T-194/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Frar 2009 (Każ R 107/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lan Airlines, SA u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
LAN Airlines SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011.
Full & Egal Universal Law Academy