30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2012 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-200/11 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Għajnuna mill-Istat - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(ċ) - Tibdil ta’ għajnuna eżistenti - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Artikolu 4(1) - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti)
2012/C 194/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Calmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-3/09 (L-Italja vs Il-Kummissjoni), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/2008 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/2004 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 204, 9.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy